Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca ghamlet zjara ufficjali fl-Ufficcju Nazzjonali tal-Verifika (NAO). Id-delegazzjoni giet milqugha mill-Awditur Generali Charles Deguara, u mid-Deputat Awditur Generali Noel Camilleri. F’laqgha mal-oghla ufficjali tal-NAO, il-President, f’isem il-Maltin u l-Ghawdxin kollha raddet hajr lill-Awditur Generali u l-ufficcju tieghu tal-hidma bla waqfien b’imparzjalità u integrità b’risq il-poplu Malti u Ghawdxi. Il-President iddiskreviet l-ufficcju bhala pilastru li fuqu trid tistrieh id-demokrazija taghna, u bhala wiehed li “jaghti s-serhan tal-mohh lill-poplu taghna.” Il-President qalet li thares ’il quddiem li, anke fil-process tar-riforma kostituzzjonali, wiehed jaghti daqqa t’ghajn lill-Ufficcju Nazzjonali tal-Verifika biex dan l-istess ufficcju, u l-funzjonijiet tieghu, ikomplu jissahhu.

Din iz-zjara gabet fi tmiem l-attivitajiet organizzati mill-NAO matul din is-sena li fiha dan l-ufficcju kostituzzjonali kien qed ifakkar l-ghoxrin anniversarju minn meta l-Parlament, b’mod unanimu, approva l-emendi fil-kostituzzjoni li permezz taghhom twaqqaf fil-format prezenti tieghu l-Ufficcju Nazzjonali tal-Verifika. Permezz ta’ dawn l-emendi tant importanti, kemm dak f’Artiklu 108 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta, kif ukoll permezz tal-ligi l-gdida dwar l-Awditur Generali u l-Ufficcju Nazzjonali tal-Verifika, dak li sa dakinhar kien dipartiment tal-Gvern fil-Ministeru ghall-Finanzi sar ufficcju totalment awtonomu u indipendenti. Tali awtonomija shiha hija meqjusa bhala rekwizit assolutament necessarju ghal kull ufficcju nazzjonali tal-verifika serju f’pajjiz modern u demokratiku.

L-Awditur Generali, filwaqt li rringrazzja lill-President ghas-sostenn taghha ghal dan l-ufficcju, stqarr li t-tmexxija u l-haddiema kollha ta’ dan l-ufficcju huma kommessi li jibqghu jharsu l-awtonomija li giet moghtija lilhom ghoxrin sena ilu. Huwa enfasizza li dan jista’ jsehh biss jekk ix-xoghol taghhom jibqa’ dejjem ikun ibbazat fuq il-valuri fundamentali ta’ integrità, oggettività u imparzjalità shiha. F’dan il-kuntest, Deguara fahhar l-impenn shih u kostanti tad-Deputat Awditur Generali, kif ukoll id-dedikazzjoni u professjonalità tal-management u tal-impjegati kollha tal-ufficcju li, fl-ahhar mill-ahhar, ghandu l-iskop ewlieni li jwassal ghal tishih fil-governanza fis-servizz pubbliku, fl-ahjar interess tac-cittadini taghna.

Il-President ta’ Malta sabet ukoll il-hin biex tiltaqa’ personalment mal-istaff tal-NAO biex tirringrazzjahom tal-hidma taghhom.

pr1

pr2

pr3

pr4

pr5