Is-Segretarju Permanenti Ewlieni, is-Sur Mario Cutajar, ipprezenta l-pubblikazzjoni ‘Governance Action on the Annual Report by NAO on Public Accounts 2017 and other NAO reports 2018’ lill-Awditur Generali, is-Sur Charles Deguara.

Dan wara li l-Erbgha filghodu l-Amministrazzjoni Pubblika ppubblikat it-twegiba taghha ghar-rapport tal-Awditur Generali.

Fir-rapport tieghu ghall-2017, l-Awditur Generali elenka 192 rakkomandazzjoni li minnhom l-Amministrazzjoni Pubblika laqghet 172 (90%).

Tmienja u sebghin fil-mija tar-rakkomandazzjonijiet gew implimentati.

Is-Segretarju Permanenti Ewlieni u l-Awditur Generali rringrazzjaw lil xulxin tal-koperazzjoni biex ghar-raba’ sena konsekuttiva gie ppubblikat dan ir-rapport bi hsieb wiehed, li din il-hidma tissarraf f’Servizz Pubbliku brillanti, b’servizz eccezzjonali.

Is-Segretarju Permanenti Ewlieni kien akkumpanjat mis-Segretarju Permanenti (Strategija u Implimentazzjoni) fi hdan l-Ufficcju tal-Prim Ministru Joyce Dimech kif ukoll mill-Head (Projects Implementation) fi hdan l-Ufficcju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni Carlos Tabone.

replytoAGreporta

replytoAGreportb