Waqt zjara fl-Ufficcju Nazzjonali tal-Verifika, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li bhalissa qed ikunu implimentati 90% tar-rakkomandazzjonijiet tal-Awditur Generali li dehru fir-rapport annwali tal-Ufficcju Nazzjonali tal-Verifika. Il-Prim Ministru qal li se jinghataw ragunijiet ghalfejn il-Gvern ma jaqbilx mal-10% l-ohra tar-rakkomandazzjonijiet.

L-NAO jgharbel kif il-Gvern u entitajiet pubblici jonfqu l-flus, jara n-nuqqasijiet u jaghti pariri biex l-affarijiet isiru ahjar.

F’tahditiet mal-Awditur Generali, il-Prim Ministru qal li l-punt krucjali tal-Ufficcju huwa li ma jhares lejn wicc hadd u jikkritika fejn hemm bzonn. Huwa wera l-impenn tieghu li l-Gvern se jibqa’ jirrispetta, bhalma dejjem ghamel, kull kritika li jircievi minghand l-NAO.

Min-naha tieghu l-Awditur Generali s-Sur Charles Deguara, qal li l-awtonomija tal-Ufficcju li jmexxi se tibqa’ tkun imharsa. L-Awditur Generali fakkar li fl-1997 il-Parlament approva unanimament emendi fil-ligi sabiex l-awditjar jibda jsir minn ufficcju indipendenti.

Minn kemm ilu jopera l-Ufficcju Nazzjonali tal-Verifika din kienet l-ewwel zjara ta’ Prim Ministru fil-binja tal-NAO fil-Furjana.

     PMvisit2017a      PMvisit2017b

     PMvisit2017c      PMvisit2017d

       PMvisit2017e